Dwar Experience Europe
Experience Europe hi l-wirja permanenti fi Brussell fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma ewlenija, il-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-valuri tal-UE f’ambjent divertenti u interattiv. Hi tinsab fir-roundabout Schuman, fil-qalba taż-żona Ewropea fi Brussell u hi miftuħa sebat ijiem fil-ġimgħa.
Permezz ta’ stazzjonijiet ta’ komunikazzjoni b’temi differenti, se jkollok l-opportunità li:
- tiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni f’ambjent virtwali
- tivvjaġġa lejn postijiet fejn il-Kummissjoni hi attiva permezz ta’ esperjenza ta’ realtà virtwali immersiva
- tagħmel żjara virtwali tal-binja ikonika tal-Berlaymont
- issegwi l-Kummissjoni Ewropea fuq il-media soċjali
- tieħu sehem fil-logħob u ttejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-UE fi “Play Europe”
- ittemm iż-żjara tiegħek bi tbissima u ritratt ta’ tifkira
Experience Europe tilqa’ lil kulħadd biex igawdi minn din l-esperjenza unika.
Id-dħul hu mingħajr ħlas.
Gallarija tar-ritratti
Experience Europe exhibition centre “INSIDE EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “FORUM” communication station Experience Europe exhibition centre “SMILE EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “360 EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “WE ARE EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “FOLLOW EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “PLAY EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “WE ARE EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “MEET THE PRESIDENT” communication station Experience Europe exhibition centre The Fresco mural with photos of EU citizens Experience Europe exhibition centre 27 in 1 - a sculpture dedicated to unity in diversity Outside view of Experience EuropeOutside view of Experience Europe Experience Europe exhibition centre “FORUM” communication station Experience Europe exhibition centre Inside Experience Europe Experience Europe exhibition centre “360 EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre Inside Experience Europe Experience Europe exhibition centre “PLAY EUROPE” communication station Experience Europe exhibition centre “MEET THE PRESIDENT” communication station
Żur Experience Europe
Mhi meħtieġa ebda reġistrazzjoni minn qabel għal viżitaturi individwali jew gruppi ta’ anqas minn 10 persuni. Madankollu, għal aċċess garantit, ibbukkja ż-żjara tiegħek.
Il-gruppi ta’ 10 persuni jew aktar għandhom jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel permezz ta’ email lil EC-experienceeurope [dot] brusselsec [dot] europa [dot] eu jew bit-telefown (+32 2 29 65555) matul il-ħinijiet tal-ftuħ.
Jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq EC-experienceeurope [dot] brusselsec [dot] europa [dot] eu jekk ma tistax iżżomm il-booking tiegħek u nkunu nistgħu niskedaw iż-żjara mill-ġdid.
![The hashtag of Experience Europe](https://commission.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/2023-03/P057808-213520.jpg?itok=JBOIq9tM)
- Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jqattgħu bejn siegħa u siegħa u nofs f’Experience Europe.
- Is-sanitizzaturi tal-idejn huma disponibbli f’Experience Europe. Ninkuraġġixxu lill-viżitaturi tagħna biex jiddiżinfettaw idejhom b’mod regolari.
- Is-superfiċji kollha, l-apparat interattiv, il-faċilitajiet u l-bini tal-wirja huma sanitizzati ta’ spiss.
- Jekk jogħġbok innota li m’hemmx vestjarju jew lockers.
Ippjana ż-żjara tiegħek
![View of Experience Europe at Schuman roundabout](https://commission.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/2023-03/P060541-860852.jpg?itok=pVk9yWG_)
Indirizz
Rue Archimède / Archimedesstraat 1
1000 Brussels
Ħinijiet tal-ftuħ
it-Tnejn 13:00 – 18:00
it-Tlieta – il-Ġimgħa 09:00 – 18:00
is-Sibt – il-Ħadd 10:00 – 18:00
1 ta’ Jannar / 1 ta’ Mejju / 1 ta’ Novembru / 24, 25 ta’ Diċembru / 31 ta’ Diċembru
18 ta’ Lulju, 17-18 ta’ Ottubru, 19-20 ta’ Diċembru.
27-28 ta’ Ġunju 2024
Nirrakkomandaw ħafna li tuża t-trasport pubbliku biex tiġi fil-bini ta’ Experience Europe. L-eqreb post fejn tieqaf hu “Schuman” u tista’ tasal hemm bil-metro, bil-karozza tal-linja u bil-ferrovija.
L-eqreb waqfa hi “Schuman” bil-linji 1 u 5.
Il-linji 12, 21, 36, 56, 56, 60, 79 jieqfu qrib iċ-ċentru ta’ Experience Europe.
L-istazzjon ferrovjarju “Bruxelles-Schuman” hu 350m ’il bogħod miċ-ċentru ta’ Experience Europe.
Il-Wi-Fi hu disponibbli
Experience Europe hi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti.
Opra tal-arti - Magħqudin fid-diversità
![A sculpture composed of different cubical mirror tubes in the shape of the Berlaymont.](https://commission.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/2023-03/P057808-170873.jpg?itok=Is1c3DS6)
L-iskultura tirrappreżenta allegorija ta’ trasparenza u futur sabiħ. Hi opra tal-arti li ma tagħmilx ħsara lill-klima mill-perit Belġjan Marcos Alvarez, li tikkonsisti minn 27 tubu kubiku ta’ mirja differenti u 97 tubu magħmula mid-Dacryl, reżina akrilika 99% riċiklabbli, fil-forma tal-Berlaymont, li hu s-simbolu viżwali taċ-Ċentru.
Kuntatt
- EC-experienceeurope [dot] brussels
ec [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- (+32) 2 296 5555
Informazzjoni prattika
![The brochure of Experience Europe](https://commission.europa.eu/sites/default/files/styles/oe_theme_small_no_crop/public/2023-03/brochure%20thumbnail.png?itok=SeCuuDEb)
Want to know more about the European Commission? It's easy! Download the leaflet and visit Experience Europe.
- Experience Europe Broschüre
Du möchtest mehr über die Europäische Kommission erfahren ? Ist einfach ! Lade die Broschüre herunter und besuche Experience Europe.
IddawnlowdjaDeutsch(944.49 KB - PDF) - Dépliant "Experience Europe"
Voulez-vous en savoir plus sur la Commission européenne ? Rien de plus simple ! Téléchargez le dépliant et visitez Experience Europe
Iddawnlowdjafrançais(909.03 KB - PDF) - Experience Europe flyer
Wenst u meer te weten te komen over de Europese Commissie? Download deze flyer en bezoek Experience Europe.
IddawnlowdjaNederlands(910.18 KB - PDF)