Era ġdida għad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa Ħarsa ġenerali Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mħarsin aħjar mill-perikli u aktar siguri, u li l-Ewropa jkollha l-mezzi biex iżżomm il-paċi permezz ta’ deterrenza kredibbli. Dawn l-aħħar ftit snin fakkruna bil-kbir f’kemm hija fraġli l-paċi. Taw ukoll sinjal ta’ allarm lill-Ewropa biex tara li jkollha l-mezzi biex tipproteġi ruħha u tiskoraġġixxi lill-avversarji potenzjali.Kif jaħsbuha l-Ewropej 71 %taċ-ċittadini jaħsbu li l-UE trid issaħħaħ il-kapaċità tagħha li tipproduċi tagħmir militari77 % tal-Ewropej huma favur politika ta’ difiża u sigurtà komuni Objettivi Li nsawru unjoni Ewropea tad-difiżabiex tipproteġi lill-Unjoni Ewropea u lil nieshaLi nsaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijietbiex inkunu għal-lest biex nirreaġixxu għall-kriżijietLi ntejbu s-sigurtà internabiex nindirizzaw it-theddidiet kollha online u offlineLi nsaħħu l-fruntieri komunibiex nagħmluhom aktar siguriLi niġġestixxu l-migrazzjonib’mod ġust u sod Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029 u biex negħlbu l-isfidi tas-sigurtà u d-difiża tal-EwropaInsawru unjoni Ewropea tad-difiża Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma. Insaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijiet min-naħa tal-UE Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva Niggarantixxu Ewropa aktar sikura u aktar sigura Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa Insaħħu l-fruntieri komuni Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ Naġixxu b’mod ġust u sod fuq il-migrazzjoni Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem metodu komuni ġdid dwar ir-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet X’sar s’issa Segwi, interessa ruħek, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi taħt din il-prijorità April 2025Ir-rapport dwar it-tisħiħ tal-preparatezza ċivili u militari tal-EwropaIl-Kummissjoni tiżvela l-ProtectEU, strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà internaMarzu 2025Il-ftuħ f’Kiev tal-Uffiċċju tal-UE għall-Innovazzjoni fid-DifiżaIl-preżentazzjoni tal-istrateġija għal unjoni ta’ preparatezza biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni u tirrispondi għal theddid emerġentiIl-Kummissjoni tiżvela l-white paper għad-difiża Ewropea u l-pjan ReArm Europe/Prontezza 2030Il-Kummissjoni tipproponi sistema Ewropea komuni ġdida għar-ritorniJannar 2025Il-ħolqien tal-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża L-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-protezzjoni tas-settur tas-saħħa mill-attakki ċibernetiċiNovembru 2023Il-Kunsill u l-Parlament jaslu għal ftehim dwar regoli ġodda rigward id-difiżaIl-Presidenza tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew waslu għal qbil politiku proviżorju dwar ir-regolament dwar id-difiża u s-sigurtà. Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Il-ProtectEU għal Ewropa aktar sikura u aktar siguraIl-Kummissjoni ppreżentat strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà interna biex tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE u tiggarantixxi s-sigurtà għaċ-ċittadini tagħha. L-istrateġija tistabbilixxi pjan ta’ ħidma b’regoli aktar b’saħħithom, kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni, u kooperazzjoni eqreb. Għandha l-għan li tadotta approċċ soċjetali olistiku sabiex kulħadd ikun jista’ jikkontribwixxi biex ikollna aktar sikurezza għalina lkoll.Sir af aktar Aħbarijiet 12 Ġunju 2025EU addressing military mobility challenges11 Ġunju 2025Remarks by Commissioner Šefčovič at the press conference following the negotiations for an EU-UK Agreement in respect of GibraltarSee more news Suġġetti relatatiIl-migrazzjoni u l-ażilDifiża Ewropea aktar b’saħħithaL-industrija tad-difiża tal-UEIs-sigurtà internaIl-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedminIs-solidarjetà tal-UE mal-UkrajnaIl-protezzjoni ċivili Min hu inkarigatHenna VirkkunenViċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-DemokrazijaKaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi PresidentRoxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaAndrius KubiliusKummissarju għad-Difiża u l-IspazjuHadja LahbibKummissarju għall-Ugwaljanza; il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-KriżijietMagnus BrunnerKummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni Il-prijoritajiet l-oħrajn tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIl-ġustizzja soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Qawwiet militari Ewropej li jipparteċipaw f’eżerċizzji militariSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billingħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtàngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membriniżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġuntIt-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma.
Il-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billinippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħuinsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipawnindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtànoffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva
Membri tal-Garda Siochana (il-Pulizija Irlandiża) jagħmlu r-ronda fil-belt ta’ DublinBiex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuqstrateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà Interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UEpjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-drogaaġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa
Membru tal-ekwipaġġ tal-frejgata Taljana Virginio Fasan, li sservi fl-ambitu tal-operazzjoni EUNAVFOR ASPIDESBiex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithomse nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħse nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntierise niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżise niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ
Ħaddiem tal-għajnuna umanitarja tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM, International Organization for Migration) miexi f’kamp tar-refuġjatiIl-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentalise nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames sninse nimbuttaw ’il quddiem metodu komuni ġdid dwar ir-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikatse nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UEse naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet
Il-ProtectEU għal Ewropa aktar sikura u aktar siguraIl-Kummissjoni ppreżentat strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà interna biex tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE u tiggarantixxi s-sigurtà għaċ-ċittadini tagħha. L-istrateġija tistabbilixxi pjan ta’ ħidma b’regoli aktar b’saħħithom, kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni, u kooperazzjoni eqreb. Għandha l-għan li tadotta approċċ soċjetali olistiku sabiex kulħadd ikun jista’ jikkontribwixxi biex ikollna aktar sikurezza għalina lkoll.Sir af aktar
11 Ġunju 2025Remarks by Commissioner Šefčovič at the press conference following the negotiations for an EU-UK Agreement in respect of Gibraltar
Kaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President
Roxana MînzatuViċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza