X’tagħmel l-UE It-tkabbir tal-UE huwa mutur ewlieni għas-sigurtà, il-paċi, l-istabbiltà, u l-prosperità fit-tul fl-Ewropa. Jippromwovi valuri komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku.Il-politika tat-tkabbir tapplika għall-pajjiżi li bħalissa qed jaspiraw li jingħaqdu mal-UE u li huma kandidati potenzjali. Il-prospett tas-sħubija hu stimulu qawwi biex isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi li jridu jsiru stati membri tal-UE.Il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati. L-objettivi ewlenin tal-politika tat-tkabbir tal-UE huma linippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni qrib il-fruntieri tal-UEnikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità ta’ ħajjet in-nies permezz tal-integrazzjoni u l-kooperazzjoni bejn naħa u oħra tal-fruntieriinżidu l-prosperità u l-opportunitajiet għan-negozji u ċ-ċittadini Ewropejnipprovdu gwida, nappoġġaw, u nimmonitorjaw il-bidliet f’pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea f’konformità mal-valuri, il-liġijiet, u l-istandards tal-UE Kellna seba’ ċikli ta’ tkabbir, li kull darba ttrasformaw kemm lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-pajjiżi li ssieħbu. Illum il-ġurnata l-Unjoni Ewropea għandha 27 pajjiż. Bħalissa hemm 10 membri aspiranti li huma involuti fil-proċess tal-adeżjoni. Kif jaħdem it-tkabbir tal-UELiema pajjiżi jistgħu jissieħbu fl-UE?Kull pajjiż Ewropew jista’ japplika għas-sħubija jekk ikun jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u jkun impenjat li jippromwovihom. Pajjiż jista’ jissieħeb biss jekk ikun jissodisfa l-kriterji kollha tas-sħubija.X’inhuma l-passi li pajjiż irid jieħu biex jissieħeb?Hemm 3 stadji prinċipali li huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-UE.Matul il-proċess tal-adeżjoni, il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji għas-sħubija, u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati. Ir-riżultati ta’ dawn ir-riformi jridu jkunu konkreti, sostenibbli, u irriversibbli.Meta n-negozjati u r-riformi li jmorru magħhom jitlestew u jkun hemm qbil dwarhom miż-żewġ naħat, il-pajjiż ikun jista’ jissieħeb fl-UE – jekk jaqblu l-Istati Membri kollha tal-UE. Oqsma fejn trid tittieħed azzjoniL-istat tad-drittL-obbligi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni biex jistabbilixxu soċjetà bbażata fuq l-istat tad-dritt.Il-libertà tal-espressjoni u tal-midjaKif l-UE tappoġġa l-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-libertà u l-integrità tal-midja fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni.Is-soċjetà ċiviliDak li tagħmel l-UE biex tappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni.Il-kooperazzjoni reġjonaliKif l-UE tippromwovi l-kooperazzjoni biex tindirizza l-isfidi komuni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.Is-Suq Reġjonali KomuniIl-Balkani tal-Punent qed jibnu suq komuni biex jintegraw aħjar lir-reġjun mas-Suq Uniku tal-UE qabel ma sseħħ l-adeżjoni.Il-governanza ekonomikaIl-kriterji ekonomiċi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi biex jagħmlu r-riformi ekonomiċi meħtieġa.L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-AdeżjoniL-UE tipprovdi assistenza finanzjarja u teknika biex tappoġġa r-riformi fir-reġjun tat-tkabbir. Il-kisbiet ewlenin It-tkabbir żied il-ġid, tejjeb l-istandards tal-għajxien, u saħħaħ id-demokrazija u s-sigurtà kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi involuti fil-proċess tal-adeżjoni.L-impenn tal-UE fil- Balkani tal-Punent għen biex jissolva l-kunflitt, jiġu promossi l-kooperazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, u jingħata sostenn biex fir-reġjun isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi.L-UE saret l-akbar suq uniku fid-dinja u dan għamilha sieħeb kummerċjali saħansitra aktar attraenti. Mill-2004 ’l hawn, il-kummerċ internazzjonali globali tagħna kiber u fl-2023 laħaq il-€5 triljun.Mit-tkabbir tal-2004, meta 10 pajjiżi saru Stati Membri ġodda, ’l hawn l-ekonomija tal-UE kibret b’27 %.Bis-saħħa tal-investimenti u l-fondi tal-UE, madwar is-27 Stat Membru nbnew infrastruttura u konnessjonijiet moderni fuq skala kontinentali. Is-soċjetà Ewropea bbenefikat minn aktar innovazzjonijiet, minn investimenti pubbliċi u privati, mill-moviment ħieles tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital, u tan-nies, minn standards ogħla, u minn iktar opportunitajiet. Taħt il-lenti Djalogu konġunt maż-żgħażagħ dwar l-inizjattivi politiċi mal-Kummissarji Marta Kos u Glenn MicallefTotal ta’ 40 parteċipant żagħżugħ ħadu sehem fil-laqgħa, li saret f’Nova Gorica, waħda mill-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2025. Il-grupp kien fih żgħażagħ mill-Istati Membri tal-UE, mill-Balkani tal-Punent, u minn pajjiżi tal-Viċinat Ewropew. Ħafna minnhom huma involuti b’mod attiv fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, u jaħdmu jew jagħmlu l-volontarjat ma’ organizzazzjonijiet bħall-Federalisti Żgħażagħ Ewropej jew iservu bħala Ambaxxaturi Żgħażagħ Ewropej.Sir af aktar L-aktar reċenti News article13 Mejju 2025Eastern Partnership: Workshop on the Rule of Law takes place in Warsaw1 min qariNews article13 Mejju 2025Statement by High Representative/Vice-President Kallas and Commissioner Kos on the parliamentary elections in Albania2 min qariSee more news Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir u għall-Viċinat tal-LvantIl-liġiIt-tkabbir tal-UE fi ftit kliem
It-tkabbir tal-UE huwa mutur ewlieni għas-sigurtà, il-paċi, l-istabbiltà, u l-prosperità fit-tul fl-Ewropa. Jippromwovi valuri komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku.Il-politika tat-tkabbir tapplika għall-pajjiżi li bħalissa qed jaspiraw li jingħaqdu mal-UE u li huma kandidati potenzjali. Il-prospett tas-sħubija hu stimulu qawwi biex isiru riformi demokratiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi li jridu jsiru stati membri tal-UE.Il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea biex jissodisfaw il-kriterji neċessarji u ssostnihom fl-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi u demokratiċi relatati.
L-istat tad-drittL-obbligi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni biex jistabbilixxu soċjetà bbażata fuq l-istat tad-dritt.
Il-libertà tal-espressjoni u tal-midjaKif l-UE tappoġġa l-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-libertà u l-integrità tal-midja fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni.
Is-soċjetà ċiviliDak li tagħmel l-UE biex tappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika fil-pajjiżi li qegħdin fil-proċess tal-adeżjoni.
Il-kooperazzjoni reġjonaliKif l-UE tippromwovi l-kooperazzjoni biex tindirizza l-isfidi komuni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.
Is-Suq Reġjonali KomuniIl-Balkani tal-Punent qed jibnu suq komuni biex jintegraw aħjar lir-reġjun mas-Suq Uniku tal-UE qabel ma sseħħ l-adeżjoni.
Il-governanza ekonomikaIl-kriterji ekonomiċi li l-pajjiżi jridu jissodisfaw qabel ma jissieħbu fl-UE, u kif l-UE ssostni lill-pajjiżi biex jagħmlu r-riformi ekonomiċi meħtieġa.
L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-AdeżjoniL-UE tipprovdi assistenza finanzjarja u teknika biex tappoġġa r-riformi fir-reġjun tat-tkabbir.
Djalogu konġunt maż-żgħażagħ dwar l-inizjattivi politiċi mal-Kummissarji Marta Kos u Glenn MicallefTotal ta’ 40 parteċipant żagħżugħ ħadu sehem fil-laqgħa, li saret f’Nova Gorica, waħda mill-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2025. Il-grupp kien fih żgħażagħ mill-Istati Membri tal-UE, mill-Balkani tal-Punent, u minn pajjiżi tal-Viċinat Ewropew. Ħafna minnhom huma involuti b’mod attiv fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, u jaħdmu jew jagħmlu l-volontarjat ma’ organizzazzjonijiet bħall-Federalisti Żgħażagħ Ewropej jew iservu bħala Ambaxxaturi Żgħażagħ Ewropej.Sir af aktar
News article13 Mejju 2025Eastern Partnership: Workshop on the Rule of Law takes place in Warsaw1 min qari
News article13 Mejju 2025Statement by High Representative/Vice-President Kallas and Commissioner Kos on the parliamentary elections in Albania2 min qari